MCAST Entrepreneurship

The MCAST Entrepreneurship Centre (MEC) aims to provide MCAST
students and alumni with the opportunity to transform their creative
and innovative ideas into profitable and sustainable business ventures.
Taking a two-fold approach, the MEC aims to equip its young adults
with the necessary knowledge, skills and competencies to succeed in
an entrepreneurial economy.

Primarily it focuses on the learners’ cognitive development by ensuring
a strong curriculum, which targets all levels of education at MCAST.
Supported by an environment which is conducive to flourishing an
entrepreneurial mindset, the entrepreneurship curriculum aims to
provide the students with the tools and the confidence required to
take the path towards business creation or utilise such skills in their
place of work.

Secondly, the MEC engages in entrepreneurship-related activities
which serve to enrich the learners’ entrepreneurial experience.
Apart from providing incubation spaces for business development,
mentors are assigned to students and alumni who approach MEC with
a business idea, to guide them towards reaching their full potential
by establishing a rhythm of interesting and thought-provoking
discussions.

Additionally, the MEC contributes further to the educational needs
of the students and alumni by organising specialised, focused and
individual training aptly delivered by established entrepreneurs. It also
participates in a number of activities aimed at engaging students into
the entrepreneurial world and raising entrepreneurship awareness.

 

L-Intraprenditorija Fl-MCAST

L-MCAST Entrepreneurship Centre (MEC) għandu l-għan li jipprovdi lil
studenti u ex studenti tal-MCAST l-opportunità li jittrasformaw l-ideat
kreattivi u innovattivi tagħhom f’intrapriżi tan-negozju li jagħmlu profitt
u li jkunu sostenibbli.
L-MEC jaħdem biex jipprepara liż-żgħażagħ bl-għarfien, il-ħiliet u
l-kompetenzi meħtieġa biex huma jirnexxu f’ekonomija intraprenditorjali.

Dan isir b’żewġ modi:
L-ewwel nett, l-MEC jiffoka fuq l-iżvilupp mentali tal-istudenti billi jassigura
li l-kurrikulu jkun wieħed b’saħħtu, li jolqot il-livelli kollha ta’ edukazzjoni
fl-MCAST. Il-kurrikulu offrut miċ-Ċentru għandu l-iskop li, bil-għajnuna ta’
ambjent li jiffavorixxi t-trawwim ta’ mentalità intraprenditorjali, jagħti lillistudenti
l-għodda u l-kunfidenza neċessarji biex jaqbdu t-triq tal-ħolqien
ta’ intrapriżi tan-negozju jew biex jużaw dawn il-ħiliet fil-post tax-xogħol
tagħhom.

It-tieni nett, l-MEC jorganizza attivitajiet relatati mal-intraprenditorija, li
jservu biex jagħmlu aktar rikka l-esperjenza intraprenditorjali tal-istudenti.
Barra li jipprovdi l-ispazju fejn jista’ jiġi żviluppat in-negozju, l-istudenti
u ex studenti tal-Kulleġġ li javviċinaw iċ-Ċentru b’idea ta’ negozju ġdid,
jiġu assenjati mentors biex dawn jiggwidawhom ħalli jilħqu l-potenzjal
sħiħ tagħhom bis-saħħa ta’ sensiela ta’ diskussjonijiet interessanti u li
jġagħluhom jaħsbu.

Barra minn dan, l-MEC ikompli jikkontribwixxi għall-bżonnijiet edukattivi
tal-istudenti u ex studenti billi jorganizza taħriġ speċjalizzat, iffukat u
individwali li jingħata minn intraprendituri stabbiliti. Iċ-Ċentru jipparteċipa
wkoll f’numru ta’ attivitajiet li huma mmirati biex jiġbdu lill-istudenti lejn
id-dinja tal-intrapriża u li jkabbru fihom kuxjenza intraprenditorjali.

 icon-backward BACK