Dwal Godda

May 3, 2025 CSREvents

Name of Organisation

Dwal Godda

ARTS

L-Għaqda Teatrali Dwal Ġodda twaqqfet fl-1970 bil-għan li permezz tal-arti teatrali l-membri jesprimu l-ħiliet tagħhom, jilħqu għarfien ikbar tagħhom infushom huma u jgħinu biex dan iseħħ ukoll fl-udjenzi tagħhom. L-Għaqda ħadet sehem fil-konkors teatrali fis-Sala Dun Edgar, Mġarr mill-1972-75, fejn rebħet t-tielet u r-raba’ post u l-aħjar varjetà.

Mill-1975, l-Għaqda bdiet tippreżenta diversi rappreżentazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li l-iskript u l-palk għaliha jinbidlu kull sena. Ippreżentat produzzjonijiet ta’ kitbiet b’temi soċjali jew umoristiċi tal-membri stess tal-Għaqda, kif ukoll oħrajn ta’ awturi stabbiliti Maltin u barranin, fosthom Lino Grech, Joe Friggieri u Francis Ebejer; kif ukoll Pirandello, De Filippo, Arthur Miller, Oscar Wilde, Neil Simon u Alan Aykbourn.

Ħadmu b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra bħall-Caritas, Oasi, Brave, Moviment ta’ Kana u Laboratorju tal-Paci. Jippreżentaw il-produzzjonijiet tagħhom aktarx l-ewwel fis-sede tagħhom fl-iSpazju teatrali f’Ħal Għargħur, imma mbagħad daru Malta u Għawdex kollha skont it-talba jew ħtieġa (mill-Manoel sal-Astra, fi pjazez, għerien, saħansitra darbtejn fiċ-Ċentru Korrettiv ta’ Kordin).

Type of community work that can be offered to our students

MARKETING

PHOTOGRAPHY

SET DESIGN & BUILD

ANALYSIS OF SCRIPT WRITING, FOSTERING A LOVE FOR THE MALTESE LANGUAGE

Contact Person – MARTIN GAUCI

Mobile Number – 99288288

Email – dwalgoddatheatre@gmail.com

Website – https://www.facebook.com/dwalgoddatheatre

Facebook – https://www.facebook.com/dwalgoddatheatre