MCAST Statement

August 8, 2025 Communications

Since January 2025, the Malta College of Arts, Science, and Technology (MCAST) has implemented several administrative changes, including updates to departmental responsibilities and internal processes.

As part of these reforms, and following recommendations from the Auditor General’s report, MCAST began introducing changes to the payroll system in the first quarter of the year. The system features a built-in verification mechanism and is integrated with other platforms to strengthen governance, improve transparency, and ensure accountability.

To minimise disruption, the system is being rolled out in phases over the summer months, a period when student activity is reduced and payment volumes are lower. This phased approach is designed to ensure a smooth transition in the system.

MCAST also confirms that, as part of its ongoing commitment to good governance, it has voluntarily commissioned one of Malta’s leading independent audit firms to conduct a comprehensive review of its processes and to make the necessary recommendations.

MCAST is actively following the developments related to this case, including legal processes, including those aimed at the recovery of any public funds involved.

Stqarrija tal-MCAST

Minn Jannar ta’ din is-sena l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, affettwat tibdil u ċaqlieq f’responsabbiltajiet u dekasteri varji.

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali bdiet tiġi implimentata bidla fis-sistema tal-payroll li tinkludi in build verification system integrata ma’ numru ta’ sistemi oħrajn li jassiguraw livell għoli ta’ governanza u trasparenza.

Din is-sistema ġdida bdiet tiġi introdotta f’fażijiet, sabiex tiġi assigurata transizzjoni effiċjenti u mingħajr skossi tul ix-xhur tas-sajf ħalli eventwalment tieħu post is-sistema pre-eżistenti. Dawn ix-xhur huma ideali minħabba l-vaganzi tal-istudenti fiż-żmien meta jsiru ħlasijiet iżgħar għal servizzi mogħtija mill-impjegati tal-MCAST.

L-MCAST jinforma lill-pubbliku in ġenerali li l-bieraħ reġa issottometta lilu nnifsu għal skrutinju ta’ awditjar estern billi ngaġġa lil waħda mill-kumpaniji ewlenin ta’ awditjar f’pajjiżna biex tanalizza proċessi u tirrakkomanda azzjonijiet varji.

L-MCAST qed isegwi l-evoluzzjoni tal-każ kif ukoll il-proċessi legali varji, inkluż dawk li jwasslu għar-restitwizzjoni tal-fondi pubbliċi nvoluti.