The Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) is pleased to announce that an agreement has been reached with the Malta Union of Teachers (MUT) on a new Collective Agreement for MCAST employees.
This agreement represents a significant milestone in our ongoing commitment to improving conditions for our educators, while ensuring that our students remain at the centre of all we do.
We acknowledge that this has been a particularly challenging time for our community. As we move forward, we remain fully committed to supporting students and maintaining the quality and stability of their educational experience.
MCAST extends its sincere thanks to the Malta Union of Teachers, MCAST representatives, the Ministry for Education, the Office of the Principal Permanent Secretary, and the Industrial Relations Unit within the Office of the Prime Minister for their dedicated collaboration and belief in constructive dialogue.
We look forward to continuing our work together in a spirit of mutual respect and shared purpose, for the benefit of both our staff and students.
Jintlaħaq Qbil mal-MUT dwar Ftehim Kollettiv Ġdid
Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) bi pjaċir iħabbar li ġie milħuq ftehim mal-Union tal-Għalliema (MUT) dwar Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati tal-MCAST.
Dan il-ftehim huwa pass importanti fl-impenn kontinwu tagħna biex intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-edukaturi tagħna, filwaqt li l-istudenti jibqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma edukattiva tagħna.
Nirrikonoxxu li dan kien sena partikolarment diffiċli għall-komunità tagħna. Hekk kif inkomplu nimxu ’l quddiem, nibqgħu impenjati bis-sħiħ li nappoġġjaw l-istudenti u li nżommu l-kwalità u l-istabbiltà tal-esperjenza edukattiva tagħhom.
L-MCAST jirringrazzja lill-Union tal-Għalliema, lir-rappreżentanti tal-MCAST, lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, u lit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-kollaborazzjoni ddedikata tagħhom u għall-fiduċja fid-djalogu kostruttiv.
Inħarsu ’l quddiem biex inkomplu naħdmu flimkien bl-istess spirtu ta’ rispett reċiproku u għan komuni, għall-ġid kemm tal-istaff kif ukoll tal-istudenti tagħna.