EN
The Malta College of Arts, Science and Technology declares that it has taken note of the Union’s announcements and remains open to discussions during which the MUT can propose its decisions on the different points that still need to be resolved, including the financials.
The discussions will take place when the directives are lifted, as these are causing hardships to students. MCAST urges that employees are informed on the actual facts while reiterating that the work built over recent months should not be discarded.
MCAST even proposed that this dispute be resolved through an arbitrator so that an agreement could be reached on unresolved points following several meetings, during which the stakeholders were expected to present the final version of their requests.
In light of all of this, while appealing for dialogue that safeguards the interests of both educators and students, MCAST urges for directives affecting campus life be lifted so that negotiations can restart. If necessary, these discussions will take place within fora established by the industrial law. This should be done before more industrial actions are taken at the detriment of the education community.
MT
Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) jiddikjara li qed jieħu nota ta’ dak imħabbar mill-Unjin tal-Għalliema (MUT) filwaqt li jibqa’ miftuħ għal laqgħat li matulhom l-MUT tipproponi l-pożizzjoni finali tagħha fuq diversi punti li għadhom mhux riżolti, inkluż l-aspetti finanzjarji. Il-laqgħat iseħħu kemm-il darba l-MUT tneħħi d-direttivi li qed iwasslu għat-tbatija tal-istudenti. L-MCAST jappella biex il-ħaddiema jiġu infurmati bil-fatti veritiera kollha filwaqt li jtenni li m’għandux jintrema x-xogħol li sar fl-aħħar xhur.
L-MCAST ippropona riżoluzzjoni quddiem arbitru sabiex jintlaħaq qbil fuq punti mhux riżolti, wara numru ta’ laqgħat li matulhom il-partijiet kienu mistennija jressqu verżjoni finali ta’ dak rikjest.
In vista ta’ dan kollu, l-MCAST jappella għal djalogu li jissalvagwardja l-interess tal-edukaturi kif ukoll tal-istudenti. Jappella wkoll biex jitneħħew id-direttivi li qed jaffetwaw il-ħajja fuq il-kampus, u sabiex il-partijiet jerġgħu jiltaqgħu, jekk neċessarju anki f’fora stabbiliti mil-liġi industrijali, qabel ikun hemm azzjonijiet industrijali ulterjuri li jkunu ta’ dannu għall-komunità edukattiva.